euzg2020 eu2020

Agrikultura

Foresti qodma sekli sħaħ ikopru kważi terz tal-Belt ta' Zagreb u huma indiġeni b'differenza ta' ħafna postijiet oħra. Huma kkonservati sew fis-sura naturali tagħhom u jaġixxu bħala tip ta' oasi urbana. Fl-oqsma tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-Belt ta' Zagreb taħdem mill-politiki agrikoli lokali ta' żvilupp sostenibbli kemm fl-ambitu dejjeq u dak wiesa' li jara lil Zagreb bħala ċentru kummerċjali u l-kundizzjonijiet naturali kollha tiegħu li jiddeterminaw żoni ta' prijorità għolja għall-fergħat tal-produzzjoni agrikola.
Foresti
Il-proġett “Ġonna tal-Belt” – it-tħejjija u t-tagħmir ta' art li tinħadem fil-pussess  tal-Belt ta' Zagreb ġiet milquħa b’tifħir kbir. L-għan kien li jingħataw parti mill-ettari li jistgħu jinħadmu li huma fil-pussess tal-Belt liċ-ċittadini privati għall-iskop li jiġu prodott ikel (ħaxix, frott artab-berries), ħwawar u fjuri għall-bżonnijiet personali. Il-proġett jirrappreżenta eżempju pożittiv ta' użu sostenibbli ta' art urbana li tista' tintuża biex ttejjeb il-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini tagħha f'sens soċjali, sanitarju, ekonomiku u ekoloġiku. Il-ġonna tal-belt jippermettu li jkun hemm ikel san, iserrħu l-piż ekonomiku tal-familji, jiżviluppaw kuxjenza ekoloġika, joħolqu konnessjoni man-natura, jagħtu attivitajiet ta' ħin liberu b'saħħtu u jippromwovu stil ta' ħajja iktar b'saħħtu u jsaħħu r-relazzjoni ta' bejn l-Belt u ċ-ċittadini tagħha.

L-infrastruttura rurali li tinsab fil-viċinanza immedjata tal-parti urbana tal-belt hija ta' potenzjal enormi biex tpoġġi ftit distanza bejn iċ-ċittadini u l-istorbju, il-folol, l-istress u l-ħajja mgħaġġla tal-belt u toffrilhom post fejn jistgħu jsibu l-paċi, il-ħdura u arja nadifa u friska. L-ikbar ġojjell huma l-foresti ta’ Zagreb li ilhom hawn sekli sħaħ u għandhom struttura indiġena u naturali ppreservata tajjeb u jirrappreżentaw tip ta’ oasi f'ambjent urban.

Permezz tat-taħlita unika ta' dak li huwa urban ma' dak li huwa rurali, il-Belt ta' Zagreb żviluppat ukoll it-turiżmu rurali li jinkludi żjarat ġewwa parks nazzjonali u wirt ieħor fl-ispazju rurali, dawriet panoramiċi bil-karozza, it-tgawdija tal-pajsaġġ rurali u li toqgħod fid-djar tal-villaġġi turistiċi.
 
Annimali
Il-mijiet ta' eluf ta' annimali domestiċi f'Zagreb huma raġuni biżżejjed biex il-Belt ta' Zagreb iżżomm politika responsabbli u sensittiva u tieħu ħsieb l-annimali. Il-Belt b'mod speċjali tenfasizza l-kundizzjonijiet u l-modi ta' kif tieħu ħsieb l-annimali domestiċi, tagħmel regoli rigward iż-żamma ta' annimali domestiċi u tiżgura li jkun hemm involuti servizzi iġjeniċi. B’konformità ma' dan, qed tingħata attenzjoni speċjali lill-annimali abbandunati, mitlufa, feruti jew maltrattati li għalihom hija assigurata protezzjoni u kura fix-Xelter għall-annimali abbandunati fil-Belt ta' Zagreb (Dumovec) u fiż-Zoo ta' Zagreb.