euzg2020 eu2020

Dwar Zagreb

Zagreb hija oasi ċentrali Ewropea għal kull min jixtieq jgħix komdu u jagħmel investimenti intelliġenti iżda wkoll għal dawk li jixtiequ jagħtu daqqa t'għajn lejn l-istorja rikka tagħha u jiskopru ħafna stejjer u esperjenzi li taf toffri. Dan kollu huwa possibbli billi noħolqu standards li huma tajbin għan-nies li jgħixu fil-belt kif ukoll għat-turisti u l-imsieħba kummerċjali.

Ospitalità mill-aqwa, kultura rikka u l-affarijiet kollha li l-belt għandha x'toffri lit-turisti huma r-raġunijiet għaliex il-Belt ta’ Zagreb ġiet iddikjarata l-aqwa destinazzjoni għall-Avvent fl-Ewropa għal tliet snin wara xulxin (2016, 2017 u 2018). Minbarra l-aħjar esperjenza tal-Avvent, tista' tesperjenza l-maġija tal-belt matul il-bqija tas-sena fil-parks ekoloġiċi tagħha, il-lagi ta' Zagreb, il-foresti fl-għoljiet ta' Medvednica, funtani u monumenti, sqaqien mimlija fjuri, ħwienet u toroq u  eplora l-irkejjen kollha tal-belt li kapaċi jirbħu qalb kulħadd.

Il-Belt ta’ Zagreb hija waħda mill-iktar bliet konxji dwar il-ħajja soċjali fir-Repubblika tal-Kroazja li toffri liċ-ċittadini tagħha sigurtà u livell ta’ għajxien aħjar permezz ta’ ħafna miżuri soċjali u l-kura għall-persuni b’diżabilità, pensjonanti, tfal u familji u kif ukoll studenti permezz ta' appoġġ attiv ta’ programmi u assoċjazzjonijiet soċjali u umanitarji.

Zagreb huwa wkoll il-post li jilqa' fih il-Parlament Kroat, lill-President tar-Repubblika tal-Kroazja u tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja.

 

 

Il-kostituzzjoni tal-Belt
Il-kostituzzjoni tal-Belt

Il-Belt ta' Zagreb tieħu ħsieb ir-responsabbiltajiet tal-parti tat-tmexxija awtonoma tal-Belt u tal-kontea u kif ukoll tal-gvern Statali mill-ambitu tal-uffiċċji tal-gvern Statali li qed jiġu ttrattati mill-gvern tal-Belt ta' Zagreb.
Id-dipartimenti tal-belt ta' Zagreb:

Il-kunsill Lokali bħala korp rappreżentattiv
Il-kunsill tal-belt ta' Zagreb huwa korp rappreżentattiv taċ-ċittadini tiegħu li jadotta deċiżjonijiet fl-ambitu tal-parti tat-tmexxija awtonoma tal-Belt ta' Zagreb u jieħu ħsieb responsabbiltajiet oħra skont il-liġi u l-istatut tal-Belt ta' Zagreb.

Il-kanċillieri tal-Kunsill Lokali huma eletti miċ-ċittadini permezz ta' elezzjonijiet diretti.
Is-sindku bħala korp eżekuttiv Is-sindku tal-Belt ta' Zagreb jirrappreżenta l-Belt ta' Zagreb u jieħu ħsieb id-deċiżjonijiet eżekuttivi kollha tal-belt. Is-sindku u ż-żewġ deputati tiegħu huma eletti miċ-ċittadini f'elezzjonijiet diretti. Bid-deċiżjoni tal-iskop u l-kostituzzjoni tal-belt, 24 uffiċċju tal-belt kienu kostitwiti wkoll bħala istitut tal-belt wieħed u żewġ servizzi professjonali. 

Il-gvern awtonomu lokali tal-Belt ta' Zagreb huwa magħmul minn 17-il distrett u 218 bord lokali li permezz tagħhom iċ-ċittadini jistgħu jtellgħu r-rappreżentanti tagħhom li jipparteċipaw fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tan-negozju tal-belt f’affarijiet li jaffettwaw il-ħajja ta’ kuljum tagħhom fil-komunitajiet lokali. Il-bordijiet lokali qed jipparteċipaw b'mod attiv fil-ġestjoni tal-belt sa mill-2001 u ilhom jikkontribwixxu għas-sodisfazzjon tal-komunità u għall-bżonnijiet komuni l-oħra taċ-ċittadini ġewwa Zagreb, speċjalment permezz ta' ppjanar u l-eżekuzzjoni ta' azzjonijiet żgħar fil-komunità. SA mill-2009 dawk l-attivitajiet kellhom kontribut importanti min-naħa tal-bordijiet lokali.
 
Popolazzjoni/miżuri demografiċi
L-għan ewlieni tal-Belt ta' Zagreb huwa li tipprovdi ħajja sigura u ta' kwalità għolja liċ-ċittadini tagħha, speċjalment liż-żgħażagħ, familji,pensjonanti u dawk li huma soċjalment vulnerabbli.
Meta nagħtu ħarsa li tmur lura ftit snin ilu, Zagreb irreġistrat tkabbir demografiku kostanti li huwa r-riżultat ta' inkoraġġiment ta' miżuri demografiċi

Il-Belt ta’ Zagreb tirrappreżenta ċ-ċentru multi-kulturali tal-Kroazja li fih tradizzjonalment jgħixu persuni ta’ sfondi etniċi, kulturali u reliġjużi differenti. Huma jikkontribwixxu b'mod speċjali u insostitwibbli għar-rikkezza u d-diversità tal-ħajja ekonomika, politika u kulturali lokali.

Il-belt ta' Zagreb tipproteġi, ittejjeb u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, il-protezzjoni soċjali u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tagħha fil-ħajja ta' kuljum. Bi qbil ma' dan kollu, uħud mill-għanijiet tagħha huma t-titjib tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-ħajja pubblika u fil-familja, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni razzjali u diskriminazzjonijiet oħra, il-ħarsien tad-drittijiet tas-sessi, dawk razzjali, nazzjonali u reliġjużi u t-titjib tad-drittijiet u l-libertà li joffru diġà. Permezz ta' dan aħna nippromwovu l-iżvilupp ta' soċjetà ċivili u d-drittijiet għall-assoċjazzjoni ta' partijiet diffeenti li huma interessati li jirrappreżentaw il-bżonnijiet u l-interessi ta' individwi jew gruppi ta' ċittadini f'komunità.