euzg2020 eu2020

Il - Protezzjoni Soċjali - Edukazzjoni

Jista' jingħad li Zagreb hija belt li trawwem u tippromwovi l-eċċellenza f'kull settur ta' funzjonament, speċjalment fid-dipartimenti tal-edukazzjoni u tal-protezzjoni soċjali fejn intlaħqu standards għoljin biex jieħdu ħsieb iċ-ċittadini tagħha. 

Bħala waħda mill-iktar bliet sensittivi soċjalment fir-Repubblika tal-Kroazja qed tingħata ħafna attenzjoni lill-kura soċjali sabiex jiġu żgurati d-drittijiet, l-għajnuna u l-protezzjoni ta' dawk li sabu ruħhom fil-bżonn minħabba diversi ċirkostanzi sfortunati tal-ħajja. Il-Belt ta' Zagreb tieħu ħsieb iċ-ċittadini tagħha b'modi sabiex ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom u tiġbor fiha l-gruppi ta' etajiet kollha minn tfal żgħar sa irtirati.
Il-ħtiġijiet taċ-ċittadini qed jiġu mmonitorjati kontinwament biex jinħolqu miżuri li jiżguraw għajnuna attwali fl-imġiba, l-ikel, l-għajnuna monetarja, l-akkomodazzjoni u servizzi soċjali oħra li jkopru l-gruppi ta’ età kollha taċ-ċittadini tagħna kif ukoll persuni b’diżabilità, vittmi ta’ xi vjolenza u gruppi emarġinati oħra li għalihom aħna sikwit nassiguraw drittijiet u servizzi lil hinn mill-istandards stabbiliti.

Il-forniment ta' fondi għal proġetti li jgħaddu mill-Fond Soċjali Ewropew u programmi oħra tal-UE bi sħubija ma' assoċjazzjonijiet oħra mill-Belt ta' Zagreb, kif ukoll għal unitajiet oħra ta' ġestjoni awtonoma lokali, istituzzjonijiet u assoċjazzjonijiet minn pajjiżi oħra, huwa impjegat b'mod sinifikanti.
 
Il - Protezzjoni Soċjali - Edukazzjoni
Grazzi għan-numru ta' isituzzjonijiet edukattivi u kif ukoll mid-diversità ta’ servizzi u programmi, il-Belt ta’ Zagreb toffri bosta possibbiltajiet għal tfal u żgħażagħ li jfittxu l-edukazzjoni permezz ta’ programmi ta’ tagħlim matul il-ħajja. Il-fatt li l-istudenti ta' Zagreb qed jirbħu kontinwament kompetizzjonijiet reġjonali u statali, speċjalment fl-oqsma tal-IT, il-multimidja u l-matematika huwa xhieda tal-kwalità tal-faċilitajiet edukattivi tagħha.
Il-Belt toffri firxa wiesgħa ta’ istituzzjonijiet ta’ qabel l-iskola, skejjel primarji u sekondarji bil-Franċiż, Ingliż u Ġermaniż fuq il-bażi ta’ kurrikulums nazzjonali differenti (Kroat, Ġermaniż, Franċiż, Ingliż u Amerikan) kif ukoll programmi li jiġu ċertifikati internazzjonalment bħal diplomi ta' IB, Skejjel Medji u Primarji, kwalifiki Sekondarji u Avvanzati ta' Cambridge. 
 
Edukazzjoni
L-Università ta' Zagreb hija l-eqdem u l-akbar università fir-Repubblika tal-Kroazja mil-lat akkademiku u ta' riċerka. Hija toffri firxa wiesgħa ta' edukazzjoni terzjarja fil-bijomediċina, bijoteknika, fl-oqsma soċjali-umanitarji, xjenzi naturali u kif ukoll fl-oqsma tekniċi u artistiċi. Għandha rwol u responsabbiltà speċjali fiż-żamma u t-titjib tal-wirt nazzjonali mediku, intellettwali u kulturali u sabiex issaħħaħ ir-rikonoxximent minn pajjiż oħra filwaqt li tattira studenti internazzjonali sabiex jistudjaw l-edukazzjoni terzjarja u dik xjentifika tagħhom fil-Kroazja. Zagreb toffri wkoll firxa wiesgħa ta' politekniċi u stabbilimenti privati ta' edukazzjoni terzjarja.