euzg2020 eu2020

Kultura

Billi tkattar l-enerġija u l-viżjoni tal-artist id f'id ma' industriji kreattivi oħra, tippromwovi d-diversità u l-arti minn partijiet oħra tad-dinja, tinkoraġġixxi l-kollaborazzjoni bejn l-artisti, Zagreb qed tipprova tipprovdi liċ-ċittadini u l-viżitaturi tagħha b'esperjenza kulturali unika ta' proporzjonijiet dinjija. Huwa post ta' ħolqien kontemporanju artistiku u ta' promozzjoni ta' valuri kulturali urbani li bihom kisbet it-titlu ta' ċentru kulturali tal-Kroazja. Zagreb torganizza madwar 5000 avveniment kulturali u artistiku kull sena li jagħmilha ċentru ħaj li jippromwovi u jieħu ħsieb l-attivitajiet kulturali u artistiċi u tinvesti fl-isforzi finanzjarji u ta' ġestjoni sabiex jagħmluha belt Ewropea għall-kultura.  Avvenimenti bħall-Festival Dinji tat-Teatru (“World Theater Festival”, Animafest – festival tal-film animat, Il-ġimgħa taż-żfin kontemporanju (“Contemporary dance week”), Lejla ta' mużewijiet (“Night of the museums”), Il-Bijennali Mużikali ta' Zagreb (“Musical Biennale Zagreb”), Il-Festival Internazzjonali tal-Pupazzi – PIF (“Puppet International Festival – PIF”), Il-Parata folkloristika internazzjonali (“International folk parade”), Platforma HR, Il-Festival tal-Perforazzjoni (“Perforation Festival”), Il-Festival ta' stejjer qosra Ewropej (“Festival of short European stories”), Iċ-ċirku tal-festival il-ġdid (“New circus festival”), Zagreb Dox, Il-festival tal-letteratura dinjija (“World literature festival”), Il-festival tal-films ta' Zagreb (“Zagreb film festival”), Il-Festival tal-Films tad-Drittijiet tal-Bniedem (“Human Rights Film Festival”), Il-festival Subverzive, il-festival Toleration (“Toleration festival”), il-festival tal-mużika IN u  l-iStaġun Queer ta' Zagreb (“Queer Season Zagreb”) jattiraw numru kbir ta' viżitaturi u turisti li jgawdu l-ħolqien kulturali kemm dak kontemporanju u kemm dak tradizzjonali.
Kultura
Teatri fuq barra, mużewijiet, swali tal-kunċerti u avvenimenti kulturali oħra jseħħu wkoll fit-toroq, fil-btieħi, fil-perli arkitettoniċi tal-belt, pjazez, palazzi, knejjes u ħafna spazji miftuħa oħra li jagħmlu l-kultura disponibbli u tilħaq kemm jista' jkun nies. Is-simboli innegabbli tal-belt huma b'mod speċjali il-wirt storiku tagħha bħall-belt ta’ Fuq u Kaptol, bil-palazzi u l-knejjes tagħha li jżejnu d-900 sena tal-istorja tal-Belt flimkien ma’ stabbilimenti kulturali individwali bħat-teatru nazzjonali Kroat, it-tinda tal-Arti, Il-mużew tal-arti u s-snajja', Il-mużew ta' Mimara, Iċ-ċimiterju ta' Mirogoja, Il-palazz tal-akkademja Kroata tax-Xjenza u l-Arti, il-bini tal-borża ta' Zagreb, l-arkivju nazzjonali Kroat u kisbiet arkitettoniċi kontemporanji bħall-bini tal-librerija Nazzjonali u dik universitarja, Il-mużew tal-arti kontemporanja u l-ħafna akkademja li hemm preżenti.
 
Turiżmu

Permezz tal-żvilupp kontinwu ta' offerta għat-turisti ta' kwalità u b'ħafna attivitajiet ta' investiment fit-turiżmu, Zagreb qed issir destinazzjoni popolari fejn wieħed imur vaganza... Għal din ir-raġuni Zagreb qiegħda kontinwament tirreġistra tkabbir fiż-żjarat tat-turisti u ż-żieda fil-waqfiet għal matul il-lejl. Hija ġiet magħżula bħala l-aħjar destinazzjoni Ewropea f'aktar minn okkażjoni waħda ġiet. L-Avvent f'Zagreb, Ċest is the best, Is-Serata ta' Żfin fuq Zrinjevac, Sajf fi Stross, Il-Btieħi ta’ Zagreb, Is-Suq iż-żgħir huma biss ftit mill-avvenimenti li biddlu din il-metropoli f’destinazzjoni turistika attraenti.