euzg2020 eu2020

Kura Tas

Il-Belt ta’ Zagreb għandha tradizzjoni ta' saħħa u s-servizzi tal-kura tas-saħħa żviluppati fl-ogħla livell bil-kunċett ewlieni ta' “Saħħa għal kulħadd” billi tiżgura għajnuna u trattament mediċi komprensivi għal kull ċittadin. Il-protezzjoni, il-preservazzjoni u t-titjib tas-settur tas-saħħa fil-Belt ta' Zagreb hija żgurata permezz ta' tliet livelli ta' assigurazzjoni tas-saħħa (primarja, sekondarja u terzjarja) li huma interkonnessi permezz tal-kollaborazzjoni bejn esperti u l-kura tas-saħħa.

F'dak li għandu x'jaqsam mat-titjib tas-saħħa u l-kwalità tal-ħajja fil-komunità lokali, il-Belt ta' Zagreb bdiet u tinsab għaddejja bi proġetti kontinwi bil-għan li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja u tippreserva u ttejjeb is-saħħa taċ-ċittadini tagħha. Huma mmirati lejn il-promozzjoni ta' stili ta' ħajja aktar b'saħħithom, il-prevenzjoni ta' mard, id-dijanjosi bikrija ta' mard serju, it-trattament u r-riabilitazzjoni. 
L-istrateġija "Saħħa għal kulħadd" hija bbażata fuq l-għan permanenti li jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tas-saħħa fejn l-iktar ħaġa importanti hija li titjieb u tiġi ppreservata s-saħħa tal-persuna matul ħajjitha kollha u titnaqqas l-okkorrenza ta' mard u korrimenti li huma komuni llum. 

Il-Belt ta' Zagreb tipparteċipa wkoll fil-proġett "Bliet b'saħħithom" tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li huwa inċentiv importanti fid-direzzjoni għat-titjib tal-ħarsien tal-ambjent, il-promozzjoni ta' ħajja b'saħħitha u relazzjonijiet b'saħħithom bejn in-nies tal-belt, l-orjenzazzjoni mill-ġdid tas-servizzi ta' kura tas-saħħa lejn mediċina preventiva u t-titjib tas-saħħa - f'kelma waħda, lejn politika ta' saħħa soċjali.  
 
Sport
L-entita' li tieħu ħsieb l-avvenimenti sportivi kollha f'Zagreb huwa l-Alleanza sportiva ta' Zagreb li tippromwovi, tinkoraġġixxi u tiżviluppa l-politika tal-industrija sportiva. Il-bażi għall-iżvilupp tal-isports f'Zagreb hija l-inklużjoni ta' kemm jista' jkun ċittadini f'attivitajiet u programmi sportivi u l-iżvilupp ta' atleti żgħażagħ u kif ukoll il-ħolqien ta' kontinwu ta' kisbiet sportivi eċċellenti.
 
Rikreazzjoni
Atleti b'talent, u b'mod speċjali dawk li jġorru l-kwalità nazzjonali u lokali ta' sport partikolari, qed jiġu ppreparati għall-avvenimenti fil-kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali bl-aqwa mod possibbli. Irridu nenfasizzaw ukoll it-titjib tal-kundizzjonijiet għal persuni b'diżabilità u dawk nieqsa mis-smigħ fl-isport sabiex ikunu jistgħu jtejbu u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. Għal din ir-raġuni, il-Belt ta' Zagreb tinkludi fil-proprjetà tagħha 162 kumpless sportiv li fihom popolazzjoni sportiva numeruża li tmexxi l-programm wiesa' tagħha. Barra minn hekk, il-kumplessi sportivi ta' Zagreb jospitaw avvenimenti sportivi ewlenin fid-dinja.

Minbarra t-tradizzjoni u l-iżvilupp, l-isport f'Zagreb huwa kburi bil-kisbiet tiegħu u fil-fatt il-kisbiet maġġuri sportivi kollha miksuba f'kompetizzjonijiet internazzjonali huma attribwiti għall-isport li jseħħ f'Zagreb. Flimkien mal-organizzazzjoni ta' attivitajiet sportivi kompetittivi, il-Belt ta' Zagreb torganizza ħafna attivitajiet rikreattivi differenti li wħud minnhom huma "Sport għal Kulħadd" (“Sport for everyone”), "Il-Jum Dinji tal-Mixi" (“World day of walking”), il-maratona ta' Zagreb u ħafna oħrajn.
 
Kura Tas - Saħħa - Sport - Rikreazzjoni - Roti
L-isport f'ċifri: L-alleanza tal-Isport ta' Grad Zagreb u l-71 membru tal-organizzazzjoni tagħha, li minnhom hemm 61 alleanza, 6 membri assoċjati u 3 membri temporanji; madwar 800 klabb u iktar minn 20 organizzazzjoni sportiva vokazzjonali; 18.500 atleta anzjan attivi, 40.000 atleta żagħżugħ u 50.000 membru rikreattiv; madwar 1.100 assoċjazzjoni, kumpaniji kummerċjali u stabbilimenti li joperaw fil-Belt ta' Zagreb u huma rreġistrati skont il-liġi, l-istess dawk li jiġbru l-membri tagħhom u jorganizzaw attivitajiet u attivitajiet sportivi differenti; 162 faċilità sportiva li huma proprjetà tal-belt.
 
Roti
Trasport fil-pront u rħis lejn id-destinazzjoni mixtieqa fuq distanzi qosra (u dawk twal), eżerċizzju san, favur l-ambjent, attività sportiva u rikreazzjoni eċċellenti - ċikliżmu toffri dan kollu. Iċ-ċikliżmu qed jikber fil-popolarità bħala sport u l-Belt ta’ Zagreb ilha tinvesti bil-kbir fl-infrastruttura taċ-ċikliżmu u tħeġġeġ liċ-ċittadini u lit-turisti biex jużaw ir-rota bħala mezz ta’ trasport iktar ta’ spiss.
 
Fil-Belt ta' Zagreb it-traffiku tar-roti qed isir dejjem aktar importanti speċjalment fiċ-ċirkostanzi tal-lum minħabba t-tniġġis u l-konġestjoni tat-traffiku. Qed nippruvaw nipprovdu liċ-ċiklisti kemm jista' jkun libertà fit-toroq, u għalhekk qed inżommu ruħna aġġornati max-xejriet, inkabbru n-netwerk ta' karreġġjati tar-roti u nibnu kultura ta' ċikliżmu.